L-avukati ta’ Nikolas Cruz, student li fl-14 ta’ Frar tal-2018 qatel 17-il student u għalliema f’Marjory Stoneman Douglas High School, Parkland, Florida, qed jappellaw fil-Qorti biex ma jingħatax sentenza ta’ mewt. Dan hekk kif, l-avukati qed jargumentaw li ż-żagħżugħ ta’ 23 sena għamel li għamel b’riżultat tat-tfulija diffiċli li kellu.
Cruz bħalissa qed jgħaddi ġuri, liema ġuri mistenni jiddetermina jekk hux se jkun qed jaffaċja sentenza ta’ għomru l-ħabs jew sentenza ta’ mewt.
L-avukat li qed tirrapreżentah, Melisa McNeil qalet li Cruz kien ġie espost għad-droga u l-alkohol meta kien għadu f’ġuf ommu. Dan filwaqt li ommu kienet taħdem ukoll bħala prostituta.
Fil-Qorti, oħt Cruz, Danielle Woodard qalet li ommhom kienet titrattahom ħażin filwaqt li qalet li ommha kienet qaltilha li Nikolas hu frott stupru.
//= $special ?>