Il-paġna ta’ Replay (Net Television) fl-aħħar żvela li ntlaħaq ftehim biex l-attakkant internazzjonali Malti Jean Paul Farrugia jsir plejer ġdid ta’ Birkirkara F.C.
L-aħbar tissiġilla jiem ta’ diskussjonijiet bejn Birkirkara F.C. u Sliema Wanderers FC, b’dawn tal-aħħar jaċċettaw talba għal trasferiment fuq bażi ta’ self sa tmiem l-istaġun.
L-aħbar b’hekk ixxejjen xnigħat fuq sezzjonijiet oħra tal-midja lokali, li fl-aħħar jiem irrappurtaw li Sliema Wanderers FC laħqu xi tip ta’ ftehim ma’ klabb ieħor lokali, għal trasferiment fuq bażi permanenti.
Replay (Net Television) jista’ jikkonferma li għall-kuntrarju, Jean Paul Farrugia se jsir plejer ta’ Birkirkara F.C. u mistenni jitħabbar bħala akkwist ġdid fis-sigħat li ġejjin.
Jean Paul Farrugia, li għandu 30 sena, ilu jilgħab għal Sliema Wanderers FC għal diversi staġuni konsekuttivi, ħlief għal esperjenza ta’ staġun misluf lil F.C. Chiasso tal-Iżvizzera. Hu kien ingħaqad mal-Blues mingħand Hibernians F.C.
//= $special ?>