Hekk kif l-inflazzjoni f’Lulju qabbżet ir-rata ta’ 6.8 fil-mija, aktar ekonomisti qed iwissu dwar l-effetti li l-għoli tal-ħajja qed iħallu fuq il-ħaddiema u l-familji. Bil-Professur Philip von Brockdorff jistqarr ma’ Net News li hemm bżonn pjan ċar – għaliex inkella, il-batut se jkompli ibati.
It-Tlieta, l-NSO ikkonferma l-isplużoni fl-għoli tal-ħajja. Biċ-ċifri juru li l-aktar effett tal-inflazzjoni qed jinħass fuq l-ispejjeż relatati mad-djar, u fuq il-prezzijiet tal-ikel.
F’intervista ma’ Net News, il-Professur Philip von Brockdorff stqarr li hemm bżonn ta’ soluzzjoni fit-tul li toffri spalla għan-nies….u tkun sostenn għall-mekkaniżmu tal-COLA.
Il-Professur Von Brockdorff, filwaqt li rrikonoxxa li l-inflazzjoni hi realtà iebsa, qal li hemm bżonn li l-Gvern ikollu sistema ta’ ġustifikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti biex b’hekk tkun assigurata li ma jsirx abbuż.
L-istatistika tal-NSO turi bic-car li l-prezzijiet ilhom joghlew ghal dawn l-ahhar sentejn, xahar wara l-iehor. Bl-unika soluzzjoni minn naha tal-Ministri tal-Gvern tkun li n-nies jixtru minn fejn hu irħis.
//= $special ?>