Fi tmiem il-ġimgħa ġewwa ċ-Ċentru Tekniku tal-MFA kien organizzat kors tal-Futsal Coaching Grasroots taħt is-sorveljenza tal-Head of Futsal fi ħdan l-MFA Mark Marlow.
Il-kors kien jinkludi suġġett varji relatati mal-logħba tal-Futsal, kemm dwar ir-regoli tal-logħba, tattika, teknika u affarijiet oħra mmirati biex jgħinu l-Futsal f’Malta jilħaq l-istandars mixtieqa.
Dan il-kors kien immexxi minn diversi persuni distinti fil-logħba fosthom il-kowċ tat-tim Nazzjonali tal-Futsal Zeljko Anicic, il-Koordinatur tal-Edukazzjoni fl-MFA Herman Bugeja u Karl Attard, il-persuna nkarigat mill-iżvilup fiżiku ta’ plejers żgħażagħ tal-Futsal.
