Internazzjonali

Litwanja: Żjara minn bastiment tal-gwerra Amerikan fi żmien ta’ tensjoni

Il-bastiment tal-gwerra AmerikanUSS Kearsarge (LHD-3), fl-aħħar sigħat, tefa’ l-ankri fil-Port of Klaipeda, biż-żjara qed titqies bħala pass sinifikanti fid-dawl tat-tensjoni li hemm bħalissa fir-reġjun Baltiku b’kaġun tal-gwerra fl-Ukrajna.

Il-Kearsarge, fil-fatt, hu l-akbar bastiment tal-gwerra Amerikan li qatt żjar il-Litwanja u l-preżenza tiegħu kienet anki dimostrazzjoni ta’ solidarjetà (mill-Istati Uniti) mal-Litwanja u Stati-membri oħra tan-NATO.

Il-USS Kearsarge (tal-Wasp-class u li għandu tul ta’ ftit aktar minn 257 metru) qed iġorr ekwipaġġ ta’ ‘il fuq minn 2,000. Dan meta l-Kearsarge hu anki l-‘flagship’ tat-22nd US Marine Expeditionary Unit filwaqt li jinkorpora l-kapaċitajiet militari għall-kampanji mill-ajru u mill-art.