Futbol Sport

Manchester United jirbħu lir-rivali Liverpool f’Old Trafford

(Ritratt: EPA)

Old Trafford : Manchester United 2-1 Liverpool

Wara żewġ riżultati negattivi wasal il-mument ta’ Manchester United b’rebħa meritata li taffiet bil-bosta d-diżappunti tal-aħħar ġranet u fl-istess waqt rebħa li ħalliet lil Liverpool bla rebħa wara tlett partiti. Bil-għan li ma jħallux l-inizjattiva tgħaddi għand l-avversarji, M nchester United fetħu fuq l-offensiva. Wara biss 18 il-minuta fetħu l-iskor. Azzjoni ta’ Anthony Elanga lejn JADON SANCHO li għeleb lil Alisson Becker b’Manchester United fil-vantaġġ. 1-0 fi tmiem l-ewwel taqsima li matulha sfaw ammoniti minn Michael Oliver Trent Alexander Arnold għal Liverpool flimkien ma’ Raphael Varane u Diogo Dalot għal Manchester United.

Wara biss tmien minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima kien MARCUS RASHFORD li minn azzjoni ta’ Anthony Martial għeleb lil Alisson għal vantaġġ doppju. Reazzjoni minn Liverpool li fl-aħħar minuti żiedu l-pressjoni wara li fit-82 minuta MOHAMED SALAH għeleb lil David deGea għat-2-1, bir-riżultat iżda jibqa’ ma jinbidilx sa tmiem il-partita.

L-akkwist il-ġdid ta’ Manchester United Casemiro qabel il-partita mal-Mascot Fred the Red (Ritratt: EPA)