“Il-PN beda ħidma ma taqta’ xejn biex jassigura li jifhem b’mod sħiħ l-effett tal-għoli ta’ ħajja u jagħti soluzzjonijiet konkreti biex jiġu applikati minnufih.”
Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino waqt intervista fil-programm ippreżentat minn Dione Borg fuq NET FM fejn saħaq li l-Gvern għandu obbligu li jagħti serħan il-moħħ lill-Maltin biex jgħixu ħajja ta’ kwalità tajba.
Michael Piccinino spjega li hekk kif fi ftit ġranet oħra se nkunu qed niċċelebraw l-anniversarju ta’ Malta Indipendenti, il-PN se jkun qed jorbot dawn ic-celebrazzjonijiet mal-isfidi li l-Maltin għaddejjin minnhom bhalissa…biex jitwassal messaġġ ċar għal bżonn ta’ bidla.
Is-Segretarju Ġenerali tal-PN qal li l-Gvern għandu obbligu li kulħadd jingħata ż-żieda kif toħroġ mill-mekkaniżmu tal-COLA, iżda fl-istess waqt jassigura li ma jitfax piż fuq min iħaddem biss… billi jagħti numru ta’ inċentivi.
Dan filwaqt li fakkar fil-bżonn li tingħata għajnuna lil dawk li xorta ma jlaħqux mal-għoli tal-ħajja anke wara li jingħataw il-kumpens tal-COLA biex b’hekk il-faqar ma jkomplix jiżdied.
//= $special ?>