L-eks President Amerikan Donald Trump qed jipprova jwaqqaf il-proċeduri li nbdew kontrih mill-FBI billi juża mezzi legali.
Trump talab lill-Imħallef biex jifrriża l-investigazzjoni tad-Dipartiment tal-Ġustizzja – investigazzjoni dwar kif l-eks President kellu fil-pussess tiegħu dokumenti sensittivi ferm, uħud minnhom immarkati Top Secret.
L-FBI elevaw 11-il sett ta’ files mir-residenza Mar-A-Lago fi Florida nhar it-8 t’Awwissu.
L-investigazzjoni skattat fuq suspett li Trump kien ġarr dawn id-dokumenti mill-White House għar-residenza fi Florida minflok għaddihom lill-Arkivji Nazzjonali kif titlob il-liġi.
It-tim legali ta’ Trump ħejja dokument ta’ 26 paġna fil-Qorti ta’ Florida u qed jakkuża lid-dipartiment tal-ġustizzja b’mossa aggressiva u xokkanti meta mal-24 uffiċjal tal-FBI marru jfittxu fir-residenza tal-eks President.
Huma qalu li meta wettqu din it-tfittxija ma żammewx f’moħħhom dak li huma ddeskrivew bħala “l-inkwiet li kienu se joħolqu lill ħafna Amerikani”.
//= $special ?>