Lokali

Ukreni f’Malta jiċċelebraw l-Indipendenza ta’ pajjiżhom

“L-Ukrajna għaddejja minn żmien diffiċli iżda Jum l-Indipendenza jaghtina kuraġġ biex l-Ukreni jibqgħu jiġġieldu favur il-paċi.”

Kien dan il-messaġġ li wasslu numru ta’ Ukreni li jgħixu f’pajjiżna ħdejn Pjazza Tritoni propju lejliet l-anniversarju ta’ Jum l-Indipendenza tal-Ukrajna.

Waqt din iċ-ċelebrazzjoni, dawk preżenti urew is-sabih tal-kultura Ukrena, filwaqt li onoraw il-memorja ta’ dawk li ddefendew il-pajjiżhom.

Fl-Ukrajna, minkejja li fakkru l-31 sena minn mindu l-pajjiz sar stat sovran u nfatam minn dik li kienet l-Unjoni Sovjetika, l-attivitajiet tal-massa fi Kiev ġew projbiti.

Fil-fatt, in-nies fl-Ukrajna ġew ordnati biex ma joħorġux minn darhom wara ċertu ħin filwaqt li bliet oħra qegħdin ħadu l-passi neċessarji sabiex jassiguraw sigurtà assoluta għaċ-ċittadini.

Ritratti: Martin Agius