Lokali

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara inċident bl-e-scooter f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ 20 sena mis-Serbja kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident bl-e-scooter f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-2230 tat-Tnejn filgħaxija fi Triq San Pawl meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-e-kick scooter bil-konsegwenza li ħabat ma’ ħajt.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-barrani l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.