Skont il-ġurnal Ingliż The Times, hemm penali għal 20 klabb Ewropew għan-nuqqas ta’ konformità mal-parametri tal-baġit fis-snin 2020-21 u 2021-22. Kien irrappurtat, li l-UEFA waslet fi stadju u deciżjoni li għandha titħabbar f’Settembru fejn sensiela ta’ miżuri se jolqtu total ta’ 20 klabb, fosthom PSG, Barcelona, Arsenal Juventus, Milan, Inter u Roma.
Dawn l-20 klabb kienu fil-mira tal-Uefa għall-Fair Play finanzjarju, fejn minbarra multa, jirriskjaw ukoll restrizzjonijiet fuq fis-suq tat-trasferimenti. Skont ir-regoli attwali tal-UEFA li se jinbidlu fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, tim jista’ jkollu biss €30 miljun f’telf fuq tliet staġuni, anke jekk ma jingħaddux spejjeż ulterjuri bħal dawk marbuta mat-timijiet taż-żgħażagħ u tan-nisa. Għall-aħħar staġun li għadu kif intemm, il-UEFA għadha qed tistenna d-dokumenti kompluti mit-timijiet fejn meta dawn jingħataw, tibda d-diskussjoni. Is-sanzjonijiet mistennija jsiru pubbliċi fil-bidu ta’ Settembru.
//= $special ?>