F’Jum l-Indipendenza Ukrena inbdiet l-inizjattiva biex ambulanza Maltija ssib ruħha fl-Ukrajna.
Il-‘Fondazzjoni U’ immexxija minn Dun Ġwann Farrugia flimkien mal-patrijiet Kapuċċini Maltin preżentaw ambulanza mimlija mediċini u ħwejjeġ utli. Dan filwaqt li ġiet preżentata wkoll is-somma ta’ €15,000 lir-refuġjati Ukreni f’Malta ….li llum jammontaw għal 1,000 persuna.
L-Ukreni preżenti quddiem il-Knisja tal-Kapuċċini fil-Floriana rringrazzjaw lill-poplu Malti tal-għajnuna kontinwa li qed tingħata filwaqt li saħqu li din l-ambulanza zgur se tkun utli biex issalva numru ta’ ħajjiet ċivili li qed ikunu attakati mir-Russi.
Patri Philip Cutajar min-naħa tiegħu qal li dan il-ġest ikompli ma’ dak li għamel il-Papa Franġisku fejn talab biex ngħinu lil dan il-poplu u anki hu offra l-għajuna tiegħu
//= $special ?>