Ilbieraħ tkompla l-kampjonat tal-ewwel diviżjoni bil-partita prinċipali tkun dik bejn Żebbug u Msida, biż-żewġ timijiet kienu qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika bi 17-il punt kull wieħed.
Quddiem attendenza numeruza Żebbug ħarġu rebbieħa 21-20 gewwa l-pitch ta’ Żebbuġ f’partita missielta sal-aħħar. Iż-Żebbuġin għamlu rimonta meta Msida kienu fil-vantaġġ 20-15, iżda l-ħodor u sofor biz zebbugin ma’ qatgħux qalbhom u għamlu l-punteġġ 20-20 biex fl-aħħar ġugata. fejn il-partita setgħet marret kull naħa, Żebbuġ rebħu l-partita 21-20 biex kisbu l-ewwel post tal-klasaifika bi 18-il punt meta fadal żewġ partiti biex jintlagħbu l-play-offs b’Żebbuġ, Msida u Għaxaq aċċertaw posthom mal-ewwel tlieta bil-ġlieda għar-raba’ tim tkun bejn Qormi San Bastjan u t-tim ta’ Buġibba li jinsabu bi 13-il punt kull wieħed.

Qormi San Bastjan laqgħu għandhom lil-Buġibba li kienu qed jokkupaw ir-raba’ post weħedhom u b’rebħa kienu jagħmlu pass importanti imma t-tim ta’ Qormi ħareġ rebbieġ 21-9.
Żurrieq kisbu rebħa importanti kontra t-tim ta’ St. Peters Żabbar 21-12 biex biex l-istaġun li ġej jerġa jilgħab fl-għola Diviżjoni. Lija għelbu lit-tim ta’ Żabbar 21-8 u għamlu rebħa tajba li biex iżommu posthom fl-għola Diviżjoni. Għaxaq ingħataw rebħa kontra Paola Shcreiber u Marsamxett ħadu rebħa kontra t-tim ta’ Iisla.
| Kalssifika | L | P |
| Żebbuġ | 19 | 18 |
| Msida | 19 | 17 |
| Għaxaq | 19 | 16 |
| Qormi SB | 19 | 13 |
| Buġibba | 19 | 13 |
| SP Żabbar | 19 | 11 |
| Żurrieq | 19 | 9 |
| Lija | 19 | 8 |
| Żabbar | 19 | 7 |
| Marsamxett | 19 | 7 |
| Isla | 19 | 0 |
| Paola S. | 19 | 0 |

(Ritratt: Steve Zammit Lupi)




