Għexieren ta’ nies damu s-sigħat iżolati fiċ-Channel Tunnel wara li ferrovija li kienet qed tivvjaġġa minn Calais lejn Folkstone żviluppatilha l-problemi li ħallewha wieqfa fuq il-binarji.
Il-filmati li bdew jiċċirkulaw urew l-evakwazzjoni tal-passiġġieri tal-Eurotunnel Le Shuttle permezz ta’ mina li tintuża biss għall-emerġenzi u wara li n-nies kellhom jabbandunaw il-vetturi tagħhom.
Il-passiġġieri, eventwalment, kienu trasferiti għal ferrovija oħra qabel komplew bil-vjaġġ lejn it-terminal ta’ Folkestone, f’Kent, fl-Ingilterra.
Intant, is-servizzi jinsabu lura għan-normal – bir-rappreżentanti tal-Le Shuttle jiżvelaw li l-inċident, matul il-lejl tat-Tlieta, seħħ wara li s-sistema tal-allarm tal-ferrovija kienet spiċċat attivata f’sitwazzjoni li bilfors kellha tirrikjedi investigazzjoni bħala proċedura fissa.
//= $special ?>