L-Ispanjol Marc Soler ta’ UAE Team Emirates rebaħ il-ħames ġurnata tat-Tour ta’ Spanja ‘La Vuelta’ meta temm f’Bilbao ir-rotta ta’ 187.2 kilometri f’ 4 sigħat 15-il minuta u 23 sekonda. Soler fetaħ vantaġġ ħmistax il-kilometru mit-tmiem fuq grupp ta’ għaxar ċiklisti li kollha temmew it-traġitt fl-istess ħin b’distakk ta’ 4 sekondi minn Marc Soler.
Wara Soler daħlu Daryl Impey mill-Afrika t’Isfel għal Israel Premier Tech segwit mill-Britanniku Fred Wright ta’ Bahrain Victorious , Rudy Molard ta’ Franza għal Groupama u Lawson Cradock tal-Istati Uniti għal Bike Exchange Jayco.
Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post tela’ Rudy Molard b’total ta’ 16-il siegħa 7 minuti u 22 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ żewġ sekondi minn Fred Wright. Molard ħa post is-Sloven Primoz Roglic ta’ Jumbo Visma li fil-klassifika ġenerali niżel fil-ħames posizzjoni.
//= $special ?>