Is-sewwieq Awstraljan Daniel Ricciardo se ħabbar li se jħalli lil McLaren fi tmiem l-istaġun tal-Formula 1. Jidher li ż-żewġ partijiet laħqu ftehim li ma jġeddux il-kuntratt tas-sewwieq ta’ 33 sena. Min-naħa l-oħra McLaren mistennija jħabbru li ċ-champions tal-Formula 2 Oscar Piastri se jkun wieħed mis-sewwieqa, flimkein ma’ Lando Norris għall-istaġun li ġej.
L-istaġun li għadda Ricciardo rebaħ l-unika Grand Prix ma’ McLaren fiċ-ċirkwit ta’ Monza fil-Grand Prix tal-Italja. Dan l-istaġun Ricciardo rnexxielu jiġbor biss 19-il punt wara nofs staġun. Ricciardo jibqa’ mfakkar ukoll għaż-żmien li qatta’ ma’ RedBull fejn temm darbtejn fit-tielet post fil-klassifika finali.
//= $special ?>