Lokali

DWAR L-GĦOLI TAL-ĦAJJA: “Għandu jkun hemm dibattitu nazzjonali, l-impatt fuq il-familji huwa drammatiku”

“Jeħtieġ dibattitu nazzjonali serju dwar is-sitwazzjoni preżenti f’Malta fl-ambitu tal-għoli tal-ħajja.”

Hekk stqarr ma’ Net News id-direttur tal-MISCO, Laurence Zammit meta tkellimna miegħu dwar l-impatt tal-għoli tal-ħajja u s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ pajjiżna.

“Għandu jkun hemm dibattitu nazzjonali. Jekk il-pajjiż se jkollu jnaqqas spiża hawnhekk, jew iżid xi taxxa hemm. Kull deċiżjoni li jieħu l-Gvern, il-poplu, jrid jifhem għaliex ittieħted din id-deċiżjoni. Jekk dan ma jsirx nispiċċaw noqodu nargumentaw fil-vojt. Irridu napprezzaw li dan il-pajjiż ilu ma jkollu inflazzjoni għal 37 sena”

Tkellimna ma’ Laurence Zammit, dwar l-inflazzjoni u l-inċertezza li din qed iġġib magħha, fejn qalilna li din jeħtieġ li tkun ikkontrollata.

Huwa qalilna li l-effett fuq il-familji llum il-ġurnata huwa kbir.

L-impatt fuq il-familji huwa drammatiku partikolarment fejn int għandek sitwazzjonijiet f’ċertu eżempji, għandek ċertu kumpaniji, fejn il-pagi m’għolewx bħal m’għolew f’kumpanji oħra. Jekk kellna average ta’ żieda b’4%, kellek setturi li għolew b’6% u 7% u setturi oħra 1%.

L-ekonomista Lawrence Zammit fakkar li kellna żminijiet fejn konna viċin riċessjoni u qatt ma’ dħalna, u appella biex jittieħdu deċizjonijiet biex l-impatt ma jinħassx fit-tul.

Kellna żminijiet fejn kellna impatt, jew forsi konna viċin riċessjoni, imma mhux hekk qed nitkellmu, hawn jaf ikollok riċessjoni ta’ aktar minn sena sentejn din taf taffetwana fit-tul jekk ma jkun hemm deċizzjonijiet tajbin. 

Int għandek ġenerazzjoni ta’ wara s-sena 2000, twieldu fiż-żmien fejn dawn qatt ma raw riċessjoni, dawn ma jafux x’iġifieri, jekk jibdew tilgħin ir-rati tal-interessi… u hemm il-home loans, dan imbagħad irid isir aktar ħlas, dawn se taffetwalhom il-flus disponibbli li jifdalhom f’idejhom. Dawn il-persuni ma jafux x’inhi din is-sitwazzjoni.