Ftit tal-ħin ilu sar magħruf li r-raġel li safa vittma f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħadd li għadda fil-Marsa hu raġel Eritrean ta’ 29 sena.
Dan il-każ seħħ il-Ħadd 21 ta’ Awwissu ftit wara s-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq Diċembru 13, fejn il-vittma ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 24 sena sena residenti Ħal Qormi.
Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-Emerġenza madanakollu l-vittma ġiet iċċertifikata mejta fil-post.
//= $special ?>