L-ASA ħabbret ufficjalment il-lista’ ta’ erbatax il-plejer magħżula għall-fażi finali għall-Kampjonat tal-Ewropa li għandu jsir fi Split il-Kroazja l-ġimgħa d-dieħla.
Il-lista ta’ plejers magħżula mill-kowc nazzjonali Karl Izzo hija din:
Jake Tanti , Andreas Galea , Darren Zammit , Matthew Zammit , Ben Plumpton , Nikolai Zammit (San Ġiljan)
James Gambin , Nicholas Bugelli , Benjamin Cachia, Dino Zammit , Nicholas-Kane Grixti , Liam Galea (Sliema)
Sam Gialanze u Jeremy Abela (Neptunes)
Flimkien mal-kowċ nazzjonali se jkun hemm Dejan Ilic, kowċ tal-goalkeepers u Edward Bonello fiżjoterapista filwaqt li bħalissa Anthony Farrugia jinsab impenjat mat-tim Nazzjonali ta’ taħt is-16-il sena fil-Kampjonat tad-Dinja li qed isir f’Volos.
L-ewwel impenn tat-tim nazzjonali hu t-Tnejn 29 ta’ Awwissu kontra l-organizzaturi l-Kroazja fid-21:00. Isegwu logħbiet kontra l-Greċja l-Erbgħa 31 ta’ Awwissu u kontra Franza fit-2 ta’ Settembru. Wara l-logħbiet ta’ klassifikazzjoni, l-aħħar logħba tat-tim Malti hi mistennija li tkun fis-6 ta’ Settembru. Nieqsa mill-iskwadra tat-tim Malti hemm Stevie Camilleri, Jordan Camilleri, Jake Muscat u Jerome Gabarretta li minħabba raġunijiet personali għażlu li ma jissejjħux mat-tim nazzjonali.
//= $special ?>