Wara li rebaħ Grupp F b’rebħiet fuq l-Istati Uniti u Kazakhstan, it-tim Malti mmexxi minn Anthony Farrugia f’Volos , Greċja f’partita mill-grupp tal-aħħar sittax fil-Kampjonat tad-Dinja safa’ megħlub 13-8 mit-Turkija u se jkollu jikkuntenta billi jilgħab fir-rawnd ta’ klassifikazzjoni.
Wara li sa tmiem l-ewwel sessjoni Turkija fetħet vantaġġ ta’ 2-0, sa tmiem it-tieni sessjoni, dominata għal kollox mit-Turkija l-iskor tela’ għal 5-1 . Matul it-tielet sessjoni t-tim Malti kien aktar fil-partita sabiex sat-tmiem is-sessjoni naqqas id-distakk għal tilett gowls 5-8. Madankollu fl-aħħar sessjoni bit-Turkija għal ħinijiet twal fuq l-offensiva sa nofs is-sessjoni bl-iskor 6-11 kien hemm biss reazzjoni sterili minn Malta biex eventwalment il-partita intemmet Malta 8-13 Turkija.
//= $special ?>