Futbol Sport

Minkejja l-gwerra jingħata bidu għall-Kampjonat Premier tal-Ukrajna

Għall-ewwel darba minn meta bdiet l-invażżjoni Russa, il-Federazzjoni tal-Futbol fl-Ukrajna reġgħet bdiet bil-Kampjonat Premier tal-pajjiż.

Il-partita li fetħet il-kampjonat kienet dik bejn Shakhtar Donetsk u Metalist 1925 li spiċċat fi dro ta’ 0-0. Il-partiti qed jintlagħabu mingħajr spettaturi u l-istadiums huma mgħamra f’sireni tal-gwerra kif ukoll xelters fl-eventwalità tal-attakki mir-Russi waqt il-partiti.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Ukrena Andriy Pavelko qal li dan se jkun staġun uniku fid-dawl ta’ gwerra u bumbardamenti militari. Pavelko qal li dan seta jkun possibli bl-għajnuna ta’ bosta persuni inkluż il-President Ukren Volodymyr Zelensky.

Andrew Todos, ġurnalista mill-Ukrajna spjega kif il-ftuħ tal-Kampjonat kien wieħed f’atmosfera stramba ferm fejn lanqas waqt ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 ma’ kien ikun hemm daqsekk silenzju fl-istadiums.