Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 26 sena residenti n-Naxxar ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn vann Citroen Nemo misjuq minn Libjan ta’ 47 sena residenti Tas-Sliema, u mutur Benelli misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.