Lokali

Tfajla Serba tmut fl-Imrieħel wara li ntlaqtet minn karozza tal-linja

Illum, għal xi l-kwarta ta’ waranofsinhar (1215hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Notabile, Birkirkara.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara mis-Serbja ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar, intlaqtet minn vettura tal-Malta Public Transport tat-tip King Long, li kienet qed tinstaq minn Filippin ta’ 41 sena residenti Tal-Pietà.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Sfortunatament, il-mara ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.