Birdlife Malta ħabbret illi kitbet lill-Prim Ministru Robert Abela dwar dak li sejħet massakru ta’ madwar 40 astun iswed li qed tgħid seħħ fil-jumejn li għaddew fl-Imtarfa, l-Imġarr u fir-Ramla l-Ħamra.
L-għaqda talbet lill-Prim Ministru, li jekk mhux se titħares il-liġi, għandu jikkunsidra li ma jiftaħx l-istaġun tal-kaċċa tal-Ħarifa qabel il-15 t’Ottubru.
Birdlife qed tgħid li l-infurzar mhux isir u li huwa obbligu tal-Gvern li dawn l-għasafar protetti jsibu kenn f’pajjiżna.
L-għaqda qalet ukoll li meta rrappurtat lill-Pulizija kemm f’Malta u anke f’Għawdex dawn ma setgħux imorru fil-post fejn seħħew dawn il-każi.
//= $special ?>