Tmien plejers jinsabu b’punti massimi u rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu fil-grupp rispettiv tagħhom hekk kif bħalissa għaddej il-kampjonat nazzjonali tal-Blackball organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball.
Hekk kif illum tintlagħab it-tielet ġurnata ta’ dan it-turnament, s’issa Mevrick Zammit, Dejan Grech, Ryan Pisani, Owen Amato, Lydon Debono, Johan Attard, Steven Muscat u Leon Azzopardi rebħu l-ewwel logħbiet tagħhom bl-objettiv ewlieni tagħhom hu li jikkwalifikaw għat-tieni fażi ta’ din il-kompetizzjoni.
Sadanittant għada tintlagħab il-fażi tal-aħħar sittax sabiex jiġu magħrufa l-kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni ferm prestiġġjuża.
Il-finali hi skedata għal bħal-lum ġimgħa u tibda fis-19:30. Il-logħob kollu qed jintlagħab fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.
Il-logħob tal-lum huma dawn:
Grupp A:
Jeffery Farrugia vs Ivan Rizzo
Grupp C:
Kevin Schembri vs Chris Demicoli
Ryan Pisani vs Matthias Debono
Grupp D:
Jed Abela vs Lee Grima
Grupp E:
Scott Muscat vs Lydan Debono
Gilmoure Scicluna vs Stephen Mangion
Grupp F:
Mario Scicluna vs Jesmond Schembri
Johan Attard vs Nordai Desira
Grupp G:
Clint Grima vs Steven Muscat
Deacon Formosa vs Clint Azzopardi
Grupp H:
Clayton Castaldi vs Wayne Pace
Leon Azzopardi vs Nick Muscat
//= $special ?>