Futbol Sport

Dele Alli jingħaqad b’self ma’ Besiktas

Il-midfielder ta’ 26 sena Dele Alli jisab fit-Turkija u mistenni jiffirma ma’ Besiktas fis-siegħat li ġejjin. Besiktas laħqu ftehim ma’ Everton sabiex jieħdu lil Dele Alli b’self għal staġun bl-għażla li jixtruh għal somma li għada ma’ ġiet mifthema. L-eks plejer ta’ Tottenham diġa kien milqugħ minn eluf ta’ partitarji f’Istambul fejn illum huwa skedat li jsirulu t-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt.

Dele Alli ingħaqad ma’ Everton l-istaġun li għadda wara li l-kuntratt tiegħu ma’ Tottenham kien skada u ma’ reġax iffirma wieħed ġdid. Bla dubju li l-aħjar żmien fil-karriera tiegħu kien ma’ Tottenham fejn f’seba’ staġuni lagħab 181 logħba u skorja 51 gowl. Mat-tim Nazzjonali Dele Alli lagħab total ta’ 37 logħba u skorja 3 gowls.