Internazzjonali

Filmat ta’ CCTV jaqbad il-mument li fih inqatlet tifla ta’ disa’ snin f’darha stess f’Liverpool

Filmat ta’ CCTV li ġie ppublikat minn numru ta’ kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali jsegwu l-mument li nqatlet tifla ta’ disa’ snin f’darha stess f’Liverpool permezz ta’ tir ta’ arma tan-nar.

Olivia Pratt-Korbel inqatlet it-Tnejn filgħaxija meta raġel armat spara fid-direzzjoni tagħha waqt li ommha kienet qed tipprova twaqqfu. Sfortunatament, Olivia tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara.

Fil-filmat, minkejja li ma jidhirx dak li seħħ, wieħed jista’ jisma’ erba’ tiri.

Hu mifhum li kollox beda meta żewġt irġiel kienu qed jiġru wara xulxin, b’raġel ta’ 35 sena, Joseph Nee daħal fid-dar tagħhom biex jaħrab mir-raġel l-ieħor li kien armat.

Kien hawnhekk meta r-raġel armat, li għadu mfittex mill-Pulizija, daħħal l-arma tan-nar waqt li l-bieb ta’ barra kien imbexxaq u beda jispara bl-addoċċ, b’riżultat li laqgħat lit-tifla f’qalbha.

Il-filmat juri wkoll persuna tiġri minn fuq il-post ftit tal-minuti wara l-attakk.