L-armla ta’ Kobe Bryant, Vanessa Bryant dehret fil-Qorti u kienet mgħotija $16-il miljun, wara li ġurija ordnat lit-tmexxija tal-belt ta’ Los Angeles tħallas $31 miljun, bi $15-il miljun minnhom imorru għall-ko-attur Christopher Chester fuq ritratti meħuda fil-post tal-ħabta tal-ħelikopter meta miet l-istilla tal-basketball Kobe Bryant u tmien persuni oħra.
Id-deputati tax-sheriff u l-pumpiera li ġrew fuq il-post tat-traġedja f’ Jannar 2020 ħadu ritratti ta’ dak li seħħ, inklużi l-fdalijiet tal-leġġenda ta’ Los Angeles Lakers u bintu ta’ 13-il sena, Gianna.
Qraba ta’ vittmi oħra tat-traġedja s-sena l-oħra ngħataw total ta’ $2.5 miljun f’kumpens minħabba t-teħid tar-ritratti.
L-ordni tal-ġurija waslet hekk kif Los Angeles iċċelebra l-“Mamba Day” fl-24 ta’ Awwissu, jew 8/24, iż-żewġ numri li Kobe Bryant libes fuq 20 sena bħala professjonali.
Investigazzjoni dwar il-ħabta sabet li l-bdot x’aktarx kien diżorjentat wara li tajjar is-Sikorsky S-76 fiċ-ċpar hekk kif ġarr il-passiġġieri tiegħu lejn tournament tal-basketball tal-bniet f’Thousand Oaks fil-viċin. Kobe Bryant huwa rikonoxxut bħala wieħed mill-akbar plejers popolari tal-basketball, figura li saret sinonimu matul żewġ deċennji ma’ Los Angeles Lakers.
//= $special ?>