Edukazzjoni Lokali

Il-Kamra tax-Xjentisti tesprimi tħassib wara li l-Gvern naqqas il-budget tal-Università

Il-Kamra Maltija tax-Xjentisti esprimiet it-tħassib tagħha wara li l-Gvern naqqas il-budget tal-Università ta’ Malta.

Fi stqarrija, il-Kamta tax-Xjentisti qalet li tinsab diżappuntata b’din il-mossa, li se tħalli impatt fuq ir-riċerka u l-kwalità tal-edukazzjoni.

Ix-xjentisti Maltin jitfgħu dawl fuq l-importanza tar-riċerka, u l-bżonn li bħala pajjiż inkomplu ninvestu – u mhux inqaċċtu mill-budget, kif għamel il-Gvern.