Lokali

Il-vittma tat-traġedja f’Birkirkara: “Kristina kienet tixgħel il-kamra bit-tbissima tagħha”

“Dejjem bi tbissima fuq fommok, b’qalb tad-deheb lesta biex tgħin lil kulħadd”

Kien b’dan il-mod kif diversi persuni ddiskrivew lil Kristina Emzy, Serba ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar li l-bieraħ sfat vittma ta’ traġedja wara li ttajret minn tal-linja fi Triq Notabile, Birkirkara.

Kristina kellha wisq għal qalbha l-annimali, u kienet tara li fil-ħin liberu tagħha tgħin b’mod speċjali lill-klieb abbandunati.

Fil-lokalità fejn kienet tgħix, ħafna jiftakru kemm kienet tqatta’ ħin taqra xi ktieb jew ieħor, filwaqt li tassigura li tgħin bl-aħjar mod lil dawk fil-bżonn.