Sport

Imħabbra l-gruppi taċ-Champions League 2022/23

Jispikkaw l-konfronti bejn Paris Saint Germain u Juventus kif ukoll Bayern Munich kontra Barcelona

Il-Ħamis waranofsinhar fit-Turkija ġew imħabbra t-8 gruppi tal-UEFA Champions League għal dan l-istaġun hekk kif telgħu l-poloz.

Fost il-gruppi ċertament li jispikka l-konfront bejn Paris Saint Germain u Juventus minn Grupp H kif ukoll Bayern Munich u Barcelona minn Grupp Ċ – bil-grupp li qed ikun meqjus l-itqal huwa grupp Ċ.

Dawn huma l-gruppi kompluti:

Grupp A: Ajax – Liverpool – Napoli – Rangers

Grupp B: Porto – Atletico Madrid – Bayer Leverkusen – Club Brugge

Grupp Ċ: Bayern Munich – Barcelona – Inter – Viktoria Plzen

Grupp D: Eintracht Frankfurt – Tottenham Hotspur – Sporting Clube – Olympique Marseille

Grupp E: Milan – Chelsea – Salzburg – Dinamo Zagreb

Grupp F: Real Madrid – RB Leipzig – Shakhtar Donetsk – Celtic

Grupp Ġ: Manchester City – Sevilla – Borussia Dortmund – Copenhagen

Grupp H: Paris Saint Germain – Juventus – Benfica – Maccabi Haifa

Il-finali tat-68 edizzjoni ta’ dan it-turnew se tkun qed tiġi organizzata f’Istanbul nhar l-10 ta’ Ġunju, 2023, bl-ewwel partiti se jkunu qed jintlgħabu nhar is-6 u 7 ta’ Settembru.