Lokali

Raġel imfittex mill-Pulizija

Ir-raġel kien barra fuq libertà proviżorja

Ramzi Abdulhafid Ib Abukem jinsab imfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni li tinsab għaddejja.

Il-Pulizija qed titlob lil kżull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna biex jagħmel kuntatt, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger fuq il-paġna ta’ Facebook The Malta Police Force jew fuq il-linji 21224001/ 119 u jiġi kwotat in-numru 6/2022.

Abukem, li huwa Libjan, kien akkużat bi qtil fl-2018, u fl-2019 waqt li kien barra fuq libertà proviżorja hu kien instab ħati li seraq lil mara anzjana u heddida b’sikkina.