Raġel Etjopjan ta’ 21 sena kien arrestat mill-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan kmieni dalgħodu.
Ir-raġel li joqgħod il-Ħamrun kien arrestat b’rabta ma’ serq minn numru ta’ karozzi fis-Swieqi u Pembroke fl-aħħar jiem.
Hu kien arrestat fis-1.00am wara li l-Pulizija rċeviet informazzjoni li kien intlemaħ raġel suspettuż idur ma’ xi vetturi fi Triq Mons Alfredo Mifsud, f’Pembroke.
Żewġ uffiċjali li kienu fuq ronda fl-inħawi marru immedjatament fit-triq imsemmija u waqqfu lir-raġel li nstab li kellu fil-pussess tiegħu oġġetti li, aktar tard irriżultaw li kienu għadhom kemm insterqu minn xi vetturi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>