Futbol Sport

Rangers jagħmluha għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League; jgħaddu wkoll Copenhagen u Dinamo Zagreb

(Ritratt: EPA)

Philips Stadion Eindhoven | PSV Eindhoven 0-1 Rangers

Gowl ta’ Colak f’nofs it-tieni taqsima kien biżżejjed għal Glasgow Rangers immexxija minn Giovanni Von Bronckhorst biex barra minn darhom għelbu lil PSV u kkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi taċ-Champions League b’aggregate ta’ 3-2 wara d-draw ta’ 2-2 ta’ ġimgħa ilu fi Glasgow.

Minkejja li matul l-ewwel taqsima PSV kellhom aktar pussess id-difiża ta’ Rangers u wisq aktar Jon McLaughlin irnexxielhom iżommu l-iskor intatt. Fit-tieni taqsima b’Rangers aktar fil-partita, fis-60 minuta meritatament fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Malik Tillman kien ANTONIO COLAK li għeleb lil Walter Benitez. Bil-partita f’mumenti falluża , Szymon Marciniak wara li fl-ewwel taqsima ammonixxa lil Andre’Silva fit-tieni taqsima ammonixxa lil John Lundstrom, Ryan Pen u Borna Barisic ta’ Rangers kif wkoll Philip Mwene , Armando Obispo u Van Ginkel ta’ PSV. Fil-bqija ebda tibdil fir-riżultat bil-gowl ta’ Colak biżżejjed għal Rangers.

Fil-partiti l-oħra Dinamo Zagreb ikkwalifikaw meta fil-ħin barrani għelbu lil Bodo/Glimt 4-1 filwaqt li kkwalifikaw ukoll Copenhagen b’aggregate ta’ 2-1 wara li lbieraħ kontra Trabzonspor spiċċaw fi draw ta’ 0-0.