Lokali Saħħa

Robert Arrigo jtemm sessjoni oħra ta’ kimoterapija; jappella għal aktar investiment fl-apparat

Hekk kif id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo lesta sessjoni oħra ta’ kimoterapija, huwa qasam l-esperjenza tiegħu fuq il-media soċjali u tkellem dwar il-bżonn li jsir aktar investiment fl-apparat.

“Infaħħar lill-istaff kollu tal-Onkoloġija. Iżda l-apparat tagħna qed jiqdiem”, stqarr Arrigo.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm bżonn li pajjiżna jidħol fi ftehim mal-Ingilterra jew l-Amerika biex nakkwistaw apparat tal-kimoterapija. Dan apparti li jista’ jsir skabju ta’ staff u ħiliet oħra.

“Il-ħajja sabiħa -apprezzawha”, qal Robert Arrigo fuq Facebook.