Il-kantanta Manizha Sangin, li rrappreżentat lir-Russja fil-Eurovision tas-sena l-oħra, spiċċat vittma ta’ kampanja ta’ cyberbullying wara li opponiet il-gwerra fl-Ukrajna – u meta hi qed tkun ikkritikata talli ‘ħarġet kontra l-Armata Russa’.
Sangin qatt ma żammet lura milli tikkritika l-invażjoni tal-Ukrajna bħala ‘konflitt bejn l-aħwa’ u azzjoni li qed issir kontra r-rieda tal-poplu Russu.
Intant, bħalissa għaddejja kampanja koordinata fuq l-Internet bil-ħsieb li l-kantanta tispiċċa mwarrba u iżolata fir-Russja. Fil-fatt, ħafna mill-kunċerti tagħha għas-sajf ma jsirux wara li xxerrdu dettalji tal-organizzaturi fuq il-media soċjali.
Magħruf ukoll li Sangin u l-promoturi tal-kunċerti tagħha rċevew numru ta’ theddid avolja n-nies wara din il-kampanja ħeġġew biex kulmin jikteb online ‘ma jirrikorrix għal kliem aggressiv u insulti fil-konfront tal-kantanta’.
//= $special ?>

