Għada se tkun qed tintlagħab partita ta’ ħbiberija bejn FC Ħamrun Amateurs u Paola Kordin FC f’Żurrieq Football Ground b’tifkira ta’ Christian Degabriele.
Christian, missier ta’ 35 sena, kien tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jogħdos fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar fil-11 ta’ Awwissu li għadda. Christian jibqa’ magħruf għall-imħabba kbira li kellu lejn il-futbol u kif ukoll anki għall-għawm fil-baħar.
Il-partita mistennija li tintlagħab fit-8 ta’ filgħaxija.
//= $special ?>