Internazzjonali

Ukrajna: Tirċievi aktar għajnuna biex tirreżisti lil Putin

Il-Prim Ministru attwali tar-Renju Unit, Boris Johnson, fl;-aħħar sigħat għamel żjara sorpriża fi Kiev, il-kapitali tal-Ukrajna , fejn esprima mill-ġdid l-appoġġ ta’ pajjiżu għall-Ukrajna filwaqt li ħabbar l-ekwivalenti ta’ 60 miljun Sterlina oħra f’għajnuna militari għal dan il-pajjiż.

Ftit wara, il-Presdient tal-Istati Unti, Joe Biden, qal li pajjiżu kien qed jiddedika sa tliet biljun ewro addizzjonali lill-Ukreni biex ikomplu jirreżistu lill-qawwiet tal-President Russu, Vladimir Putin.

Dan ukoll waqt li s-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, tenna li l-gwerra fl-Ukrajna’ kapaċi titfa’ lil miljuni ta’ nies fl-agħar abbissi tal-faqar – b’din it-traġedja għandha tmiss ukoll lil diversi pajjiżi tal-Ewropa u ta’ kontinenti oħrajn.