Lokali

Alison Zerafa Civelli tgħid li t-tnaqqis fil-budget huwa biss ‘interpretazzjoni’

Ftit tal-jiem ilu l-Gvern ħabbar li se jnaqqas il-Budget allokat għall-Università ta’ Malta b’miljun ewro… mossa li qajmet rabja kbira hekk kif dan is-settur kruċjali ferm għal pajjina spiċċa l-ewwel vittma tal-issikkar taċ-ċintorin tal-Gvern.

Mossa li qajmet ukoll dubju dwar fejn se jkompli jnaqqas… u liema setturi se jispiċċaw fil-mira ta’ dan l-eżerċizzju ta’ awsterità.

Net News saqsa lis-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civilli biex tagħtina idea dwar minn fejn se jkompli jnaqqas il-Gvern… bid-Deputat Laburista provat tagħti l-impressjoni li t-tnaqqis fil-budget għall-Universita huwa perċezzjoni oħra… għax skont hi, huwa Net News li qed jinterperetah bħala tnaqqis.

U dwar il-budget allokat għall-kunsilli lokali – is-settur li jaqa’ taħtha – Zerafa Civelli ma kkommettitx ruħha li l-budget se jibqa’ l-istess.