Matthias Mizzi
GUDJA UNITED…………….3
GŻIRA UNITED……………..3
Gudja United: G. Zammit, J. Bolanos, A. Prates, V. Plut, M. Muchardi (F. Zuniga 54’), J. Arthur, N. Micallef, H. Vella (J. Mintoff 33’) (J. Bezzina 19’), N. Tabone, S. Gomes, N. Navarrete (B. Selemani 52’)
Gżira United: D. Zarkov (D. Cassar 46’), G. Bohrer, N. Muscat (J. Mendoza 46’), S. Pisani (M. Maia 46’), Z. Scerri, C. Riascos, C. Gauci (A. Borg 90’), T. Kolega, R. Correa, M. Cosic, J. De Assis
Imwissija: C. Riascos 35’ (GŻR), C. Riascos 39’ (GŻR), S. Pisani 39’ (GŻR), J. Arthur 40’ (GDJ), Z. Scerri 43’ (GŻR), N. Micallef 70’ (GDJ), J. Bezzina 78’ (GDJ), J. Mendoza 85’ (GŻR)
Tkeċċa: C. Riascos 39’ (GŻR)
Skorjaw: V. Plut 19’ (GDJ), S. Gomes 23’ (GDJ), J. De Assis 42’ (GŻR), M. Maia 64’ (GŻR), J. De Assis 72’ (GŻR), J. Bezzina 84’ (GDJ)
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Duncan Sultana & Mark Ciantar
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: J. De Assis (GŻR)
BOV Plejer tal-logħba: J. De Assis (GŻR)
F’konfront mill-iktar eċitanti bejn Gudja u Gżira fl-Istadium taċ-Ċentinarju, iż-żewġ timijiet kellhom jaċċettaw biss punt minkejja li matul il-partita kellhom il-vantaġġ f’idejhom. Il-Maroons qattgħu aktar minn ħamsin minuta logħob bi plejer inqas.
Minkejja l-bidu tajjeb ta’ Gudja United, fit-13-il minuta xutt imqabbeż ta’ Steve Pisani wiċċ imb’ wiċċ ma’ Glenn Zammit seta’ jkun detrimentali meta għadda jħakkek mal-lasti. Minuta biss wara, il-Gudjani rrispondew b’xutt fil-baxx ta’ Matias Muchardi li ntlaqa’ b’diffikultà minn Zarkov. L-istess tim immexxi mill-coach Taljan u ex-plejer ta’ Lazio Andre Agostinelli fetaħ l-iskor permezz ta’ xutt minn barra ‘l kaxxa tal-attakkant prolifiku Vito Plut. Proprju wara dan il-gowl il-Maroons kienu sfortunati li ma għamlux l-iskor indaqs b’xutt ta’ Clive Gauci li stampa mal-mimduda. Ħames minuti wara Gudja jirdoppjaw l-iskor wara li Samuel Gomes approfitta minn żball difensiv u b’xutt angolat venven xutt mill-aqwa fis-saqaf tax-xibka.
Il-partita kompliet tiżvolġi f’waħda mill-aktar interessanti biex man-nofsiegħa logħob Muchardi laqat il-lasta, b’Zarkov strumentali bejn il-lasti sabiex minn taħtu salva r-rebound ta’ Plut. Fit-39 il minuta Gżira sfaw jilagħbu bi plejer inqas meta Riascos intwera’ t-tieni karta safra għal daħla kerha. Kontra kull mistenni, qabel il-mistrieħ il-Maroons ħadu wieħed favurihom meta Clive Gauci dendel cross preċiż lejn De Assis, u b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Zammit.

Bi plejer inqas, fit-tieni taqsima Gżira ħarġu ftit aktar offensiv grazzi wkoll għas-sostituzzjonijiet ta’ Maxuell Maia u Jackson Mendoza. Infatti fl-64 minuta s-sostitut Maxuel Maia ġab l-iskor indaqs wara li fil-kaxxa ż-żgħira dar b’eleganza bejn id-difensur u b’konklużjoni b’saħħitha ħalla ‘l Zammit mingħajr tama li jsalva. Il-qlubija ta’ Gżira kompliet tiddomina fit-tieni taqsima biex fit-72 minuta free-kick ta’ Mendoza stampa għat-tielet darba l-lasta, b’De Assis ħataf l-opportunità b’daqqa ta’ ras u tefa’ lit-tim tiegħu fil-vantaġġ.
//= $special ?>