Lokali Qorti

Il-ħalliel tal-kaxxa tad-donazzjonijiet tal-ġbir fil-knisja mill-ġdid fil-Qorti fuq serq

Erbat ijiem biss wara li ammetta fil-Qorti li seraq il-kontenut ta’ kaxxa tad-donazzjonijiet minn knisja f’Birkirkara u li ngħata sentenza sospiża, Ihor Cardaci ta’ 31 sena ta’ nazzjonalità Ukrena reġa’ ġie akkużat b’serq. Cardaci kien ikkundannat 16-il xahar ħabs, sospiżi għal 3 snin, aktar kmieni din il-ġimgħa, wara li ammetta li seraq donazzjonijiet mill-knisja ta’ Santa Tereża f’Birkirkara.

Il-Ġimgħa Cardaci reġa’ tressaq il-Qorti, din id-darba akkużat li seraq karozza, flus kontanti u għodda, kif ukoll li pprova jisraq karozza oħra. Huwa kien akkużat ukoll li kkawża ħsarat fi proprjetà privata u bus stop f’San Pawl il-Baħar, kif ukoll li saq fis-sakra u li saq mingħajr liċenzja jew assigurazzjoni.

L-akkużat, li qal lill-Qorti li kien joqgħod il-Mosta, ġie mixli wkoll li bejn Ġunju u Lulju għax ħajja ta’ għażż u vagabondaġġ, li kiser il-kundizzjonijiet imposti mill-qorti u li sar reċediv. L-Ispettur Christabelle Chetcuti, li qed tmexxi l-prosekuzzjoni, qalet lill-Maġistrat Noel Bartolo kif il-pulizija kienet irċeviet rapport ta’ serqa minn garaxx f’Birkirkara għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħodu tal-Ħamis filgħodu.

Vettura u għodda kienu nsterqu, hija qalet. Iżda ż-żona kienet taħt sorveljanza pemrezz tas-CCTV Camera, li wriet lis-suspettat jisraq il-karozza, wara attentati bla suċċess biex jidħol f’vetturi oħra pparkjati fil-qrib. Cardaci ġie rikonoxxut mill-ewwel mill-pulizija, peress li kien tressaq il-Qorti fuq serqa separata ftit jiem qabel.

Uffiċjali kienu marru fil-post tar-residenza tiegħu li kien speċifikat waqt il-pleġġ li kien ingħata u sabu l-vettura misruqa, li dehret li kienet involuta f’ħabta wara li nsterqet, u ġewwa fiha, kompressur tal-arja li kien wieħed mill-oġġetti rrappurtati misruqa.

Aktar tard il-pulizija sabet ukoll l-ispoiler u n-numru tal-karozza fuq bus stop f’San Pawl il-Baħar. Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi. L-Avukat Leontine Calleja qalet lill-Qorti li d-difiża f’dan l-istadju ma kienet se tagħmel l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.