‘Il fuq minn 33 miljun persuna spiċċaw affettwati minn xita u għargħar storiku li straxxnaw ir-reġjuni fil-Pakistan.
Dan meta – minn Ġunju ‘il hawn – mietu mal-1,000 persuna mix-xita u l-għargħar li huma komuni għall-istaġun tal-monsoon u li issa qegħdin jiksru diversi rekords mill-aspett meteoroloġiku.
Il-Ministru Pakistani responsabbli mill-Klima, Sherry Rehman, qalet li l-Gvern qed jipprova jtaffi l-effetti ta’ dan id-diżastru umanitarju li qed ikun xprunat mill-bidliet fil-klima – u bil-Pakistan qed isejjaħ għall-għajnuna minn barra.
Rehman spjegat li l-Pakistan jinsab għaddej mit-tmien ċiklu tal-monsoon meta fis-snin ta’ qabel kellu jiffaċċja bejn tlieta u erba’ biss minn dawn iċ-ċikli. Dan meta l-għargħar fil-pajjiż qegħdin jissejħu super-floods fost il-qerda ta’ ‘il fuq minn 400,000 dar u fost l-evakwazzjonijiet ta’ mill-anqas 184,000 persuna li spiċċaw fil-kampijiet għall-emerġenzi.
//= $special ?>

