Id-Direttur-Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) żvela li ma jistax jibgħat il-flus lil qrabatu fl-Etjopja li ‘qegħdin imutu bil-ġuh’ minħabba l-gwerra u meta hu lanqas ma jaf jekk dawn, fil-fatt, għadhomx ħajjin.
Tedros Ghebreyesus, waqt li kien qed jitkellem dwar il-ġlied li żbroffa mill-ġdid fir-reġjun ta’ Tigray, qal li għandu ħafna qraba f’dan ir-reġjun u – f’ħin meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet — esprima dispjaċir li ma jistax jgħinhom finanzjarjament f’dawn iċ-ċirkustanzi ddisprati.
Mindu bdiet il-gwerra f’Tigray, fl-2020, ir-reġjun spiċċa litteralment iżolat mill-bqija tad-dinja, tant li lanqas jistgħu jsiru l-kuntatti bit-telefon mal-inħawi.
Ir-reġjun hu wkoll nieqes ukoll mill-elettriku, l-Internet u s-servizzi bankarji – bil-Gvern Etjopjan qed ikun akkużat b’li waqqaf l-għajnuna milli tasal għand ir-residenti ta’ Tigray…Reġjun fejn sallum mietu l-għexieren ta’ ċivili, b’miljuni oħra jinsabu fi ħtieġa urġenti tal-ikel.
//= $special ?>

