Eman Cross, l-attivist tal-lemin estrem mill-Ħamrun li, ġimgħatejn ilu, kien ġie mixli li tterrorizza lil ommu u li hedded li joqtol lis-sieħeb tagħha waqt argument domestiku, ġie skolpat mill-akkużi relatati mat-theddid minħabba nuqqas ta’ evidenza, wara li l-allegati vittmi tiegħu ddeċidew li ma jixhdux.
Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Eman Cross ta’ 20 sena. Cross kien ġie arrestat aktar kmieni dan ix-xahar u akkużat li hedded lil ommu u lis-sieħeb tagħha, kif ukoll li għamel theddid u insulti li jaqbżu l-limiti ta’ provokazzjoni.
Huwa kien ġie mixli wkoll li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar mingħajr permess u li wettaq dawn ir-reati waqt li kien diġà taħt ordni ta’ probation. Cross, li għandu interess fl-arti marzjali, kien tpoġġa taħt ordni ta’ probation ta’ sentejn fi Frar wara li nstab ħati li weġġa’ ġar, wara li tah daqqa ta’ sieq f’ġembejh, u dan talli lmenta dwar il-mużika qawwija li kien qed idoqq Cross.
Meta kien tressaq il-qorti , Cross kien wieġeb ħati tal-akkuża tal-armi u tal-ksur tal-probation u kien tpoġġa taħt ordni ta’ trattament għal abbuż tal-alkoħol. Id-difiża kienet ikkontestat l-akkużi relatati mal-allegat theddid. Meta kompla il-każ, l-avukat tal-parte civile Herman Mula informa lill-Qorti li omm l-akkużat ma xtaqitx tixhed fil-proċeduri.
Il-kwistjoni oriġinarjament kienet mas-sieħeb tal-omm, huwa qal. “Hija m’għandha l-ebda problema miegħu.” “Għaliex irrapportatu allura?” wieġbet lura lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit. Mula wieġeb li nstab xi munizzjon u beżgħu li s-sitwazzjoni teskala jekk Cross ikollu arma tan-nar.
“Allura mhux qed jibżgħu issa?” staqsiet l-maġistrat. “Il-pulizija fittxew il-flat u ma sabu l-ebda armi tan-nar,” wieġeb Mula, u żied jgħid li s-sieħeb tal-omm kien lest li jixhed iżda għandu jingħata twissija minn qabel. “Ma sfurzajt lil ħadd biex ma jiġix hawn u jixhed,” qalet il-maġistrat li tenniet li dawn il-bidliet f’daqqa fil-ħsibijiet kienu ħela ta’ riżorsi u li jwasslu għal kritika mhux ġustifikata tal-qrati.
L-Ispettur Sherona Buhagiar irrimarkat li dejjem kienu l-pulizija u l-qrati li jieħdu t-tort meta jkunu l-membri tal-pubbliku li jagħmlu r-rapporti u mbagħad jirtirawhom. L-Avukat Charles Mercieca, li deher għall-imputat, qal li din kienet kwistjoni ta’ “kontroll tal-ħsara”. “Għandu jkun hemm għażliet oħra. Jien mhux il-leġiżlatur,” wieġbet il-maġistrat.
“Għandu jkun hemm studju dwar dan il-fenomenu.” L-Ispettur Buhagiar wara xehdet dwar l-investigazzjoni. Hija spjegat kif fit-8 ta’ Awwissu, omm l-akkużata kienet ressqet rapport mat-Domestic Vjolence Unit tal-pulizija dwar binha, Eman Alexander Cross, biex tgħid li rat lilu jagħmel theddid fil-konfront tas-sieħeb tagħha.
Il-mara kienet qalet lill-pulizija li kellha xi tgħid mas-sieħeb tagħha fid-dar tagħha. “Dak il-ħin Eman kien fis-sakra u kien ipprova jintervjeni,” qalet l-ispettur. L-omm kienet irnexxielha tieħu lill-akkużat ġo kamra tas-sodda, filwaqt li sieħeb tagħha telaq mill-proprjetà.
Eman qal li kien sejjer warajh. ‘Sejjer ghalih,’ huwa qalilha, imma l-mara rnexxielha trażżnu. Mumenti wara, Cross ħareġ borża li kien fiha munizzjon, u għajjat “Nurih min hu n-neputi ta’ Leli “Il-Parapett!” L-ispettur spjegat li l-“Leli l-Parapett” imsemmi kien instab ħati ta’ qtil ħafna snin ilu.
L-omm kienet spjegat li ddeċidiet li ċċempel lill-pulizija meta, l-għada, Cross darba kien stqarr li nannuh kien qatel lil xi ħadd u li ried jimxi fuq il-passi tiegħu, u qalilha “Se nisparalu darbtejn. Żewġ tiri ntih,” L-ispettur żiedet tgħid li l-akkużat kien ħa s-safe ta’ ommu u installah fil-kamra tas-sodda tiegħu, biddel ukoll il-kodiċi tal-aċċess.
Il-mara qalet lill-pulizija li beżgħet li seta’ jkollu arma tan-nar maħżuna hemmhekk. Meta l-pulizija waslu fid-dar ta’ Cross fil-Ħamrun u fittxew fil-proprjetà, sabu 14-il rawnd fis-safe, iżda ma nstabet l-ebda arma tan-nar. Mistoqsi dwar il-munizzjon, Cross qal lill-pulizija li kien sabhom f’għalqa u ġabarhom.
Huwa ma ta l-ebda tweġiba għal mistoqsijiet dwar l-allegat theddid. Omm Cross issejħet fil-pedana tax-xhieda, u infurmat lill-qorti li kienet qed tagħżel li ma tixhedx. “Kien argument, li ma kellux jasal sa dan l-istadju,” qalet il-mara waqt li kkonfermat li ressqet ir-rapport għax ħassitha intimidata.
Il-Maġistrat staqsietha għaliex bidlet fehmha u issa xtaqet tirtira l-proċeduri. “Ma ridtx li tasal s’hawn,” tenniet il-mara. “Imma fil-bidu għedtilkom li l-każ se jispiċċa l-qorti,” qalet l-ispettur. Il-maġistrat qablet, u qalet lill-mara li “kulħadd jaf x’jiġri meta tippreżenta rapport.”
Binha ma kienx jgħix magħha aktar, qalet ix-xhud. “Irrid li jaċċetta l-għajnuna li qed tiġi offruta, imma ma nibżax minnu.” Tkellem Mula, li informa lill-Qorti li l-partijiet iddiskutew il-każ u bejniethom u ma kellhom l-ebda oġġezzjoni li jżommu fis-seħħ il-miżuri diġà imposti mill-qorti.
Mercieca amplifika. “Dawn huma proċedimenti fejn il-proċess ġudizzjarju qed jaħdem, peress li huwa maħsub biex jagħti mhux biss kastig iżda ġustizzja riabilitattiva. Il-qorti wieġbet li kienet “kuntenta li tara familja magħquda mill-ġdid, iżda biss jekk il-problema tiġi indirizzata.”
Innotat li l-uffiċjal tal-probation tal-akkużat kien għadu ma xehedx. Is-sieħeb tal-omm imbagħad tela’ fuq il-pedana tax-xhieda, u rrifjutat wkoll li jixhed. “Ma kontx hemm u ma naf xejn. Dak iż-żmien kont fuq ix-xogħol,” huwa qal. L-ispettur informat lill-qorti li r-raġel kien l-aħħar xhud tal-prosekuzzjoni.
Il-Qorti, wara li semgħet lill-allegati vittmi jesprimu x-xewqa tagħhom li jirtiraw il-proċeduri u ma jixhdux kontra l-akkużat, u peress li ma kienx hemm xhieda oħra li setgħu jitfgħu dawl fuq dak li ġara, iddikjarat li ma kienx hemm biżżejjed provi prima facie fil-konfront tal-akkużat fir-rigward l-ewwel tliet akkużi u ]ew; “Discharge ma tikkorrispondix għal liberazzjoni,” irrimarkat l-maġistrat, filwaqt li nnotat li Cross qabel kien wieġeb ħati taż-żewġ akkużi li fadal. Il-każ ġie differit għal Settembru biex jixhed l-uffiċjal tal-probation tal-akkużat.
//= $special ?>