Sport Sport Ieħor

Jay Vine jirbaħ is-sitt stadju ta’ La Vuelta f’tellieqa diffiċli

Jay Vine tal-Awstralja għal Alpecin rebaħ is-sitt stadju tat-Tour ta’ Spanja La Vuelta f’tellieq diffiċli fejn iċ-ċpar u x-xita lagħbu parti importanti. Huwa temm ir-rotta ta’ 181.2 kilometri minn Bilbao sa Asension al Pico Jano f’San Miguel de Aguayo f’4 sigħat 38 minuta b’distakk vantaġġ ta’ 15 il-sekonda minn Remco Evenepoel tal-Belġju ta’ Quick Step Alpha Vinyl.

Fit-tielet post temm l-Ispanjol Enric Mas ta’ Team Movistar qabel Juan Ayuso Pesquera ta’ Spanja għal Team Emirates u s-Sloven Primoz Roglic għal Jumbo Visma. Fil-klassifika ġenerali wara r-riżultat tas-sitt stadju fl-ewwel post tela’ l-Belġjan Remco Evenepoel b’total ta’ 20 siegħa 50 minuta u 7 sekondi b’distakk ta’ 21 sekonda mill-Franċiż Rudy Molard li kien fl-ewwel post sal-ħames stadju u Eric Mas ta’ Movistar b’distakk minn Evenepoel ta’ 28 sekonda.

epa10138238 Australian rider Jay Vine of Alpecin-Deceunink team celebrates on the podium after winning the sixth stage of the 77th La Vuelta cycling race, over 181.2 km, from Bilbao to the ascent to Pico Jano in San Miguel de Aguayo, Spain, 25 August 2022. EPA-EFE/Javier Lizon