Futbol Sport

Juventus jakkwistaw lil Milik mingħand Olympique Marseille

(Ritratt: Juventus)

Juventus kisbu lill-attakkant Pollakk Arkadiusz Milik mingħand Olympique Marseille hekk kif iż-żewġ klabbs laħqu ftehim għall-plejer ta’ 28 sena. Milik se jingħaqad ma’ Juventus b’self għal sena bil-possibiltà li jsir plejer permanenti ta’ Juventus għal somma li tlaħħaq l-€10 miljun.

Dan l-akkwist seħħ hekk kif Juventus ma’ rnexxielhomx jilħqu ftehim riward l-Olandiż ta’ Barcelona Memphis Depay, madankollu il-Bianconeri għandhom qed jittamaw li jakkwistaw lill-midfielder ta’ PSG Leandro Paredes.