Sport Waterpolo

Kampjonat tad-Dinja FINA għat-timijiet ta’ taħt is-16-il sena: Malta titlef kontra l-Istati Uniti

F’partita ta’ klassifikazzjoni wara li ġurnata qabel it-tim Malti għeleb li Eġittu 8-6 safa’ megħlub mill-Istati Uniti 10-7. Ironikament bl-istess skor it-tim Malti kien għeleb lil istess Stati Uniti fl-ewwel partita minn Grupp F.

L-Istati Uniti rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet li kellhom effett fuq l-iskor finali fejn minn vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni, bl-istess skor intemmet it-tieni sessjoni bid-distakk ta’ 6-2 . Ir-raba’ sessjoni ntemmet 3-3 bl-Istati Uniti jżommu l-istess distakk ta’ erba’ gowls 9-5 .

L-aħjar tat-tim Malti wasal fl-aħħar sessjoni li rebaħ 2-1 bil-partita tintemm bl-iskor ta’ 10-7 favur l-Istati Uniti