Ilbieraħ waqt il-partita bejn Ħamrun Spartans u FK Partizan il-Pulizija arrestat partitarju Serb ta’ 34 sena minħabba li daħħal u deher jitfa’ flare lejn il-pitch.
Minn investigazzjonijiet li bdew immedjatament u permezz ta’ filmati li l-pulizija analizzat, ġie individwat dan il-partitarju fejn malli l-pulizija avviċinawh, ir-raġel ipprova jaħrab, iżda nżamm mill-pulizija u anke rreżista l-arrest.
Huwa ttieħed l-għassa ta’ Birkirkara u wara l-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana, fejn mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
