Meta fadal inqas minn xahrejn għall-bidu tat-43 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race, tkompli tinbena l-lista ta’ dawk li se jipparteċipaw.. Bħalissa il-lista għanda 88 jott li jirrappreżentaw 24 nazzjon. Dan in-numru hu ta’ 28 jott mill-aħħar rapport ippublikat f’Lulju u jawgura tajjeb għat-tellieqa, b’erba’ ġimgħat sakemm jagħlqu l-iskrizzjonijiet. L-Italja għandha l-akbar parteċipazzjoni sal-lum, bi 18-il dgħajsa, segwita minn Franza bi 13 u mbagħad Malta bi tmienja – u l-possibbiltà ta’ aktar dgħajjes jirreġistraw fil-jiem li ġejjin.
Il-flotta ser tikkonsisti f’numru ta’Maxi Multihulls, Maxi Monohulls, jottijiet b’ekwipaġġ sħiħ u double handers u mgħamula minn ekwipaġġi ta kull tip t’esperjenża fit-tlielaq offshore.
Id-data ta’ għeluq għad-dħul hija uffiċjalment il-Ġimgħa, 23 ta’ Settembru 2022, iżda r-Royal Malta Yacht Club (RMYC), żamm id-diskrezzjoni li jaċċetta dħul tard sal-Ġimgħa, 30 ta’ Settembru. It-tiġrija nnifisha tibda mill-Port il-Kbir, il-Belt Valletta, nhar is-Sibt, 22 ta’ Ottubru.
Fost reġistrazzjonijiet riċenti, dawk notevoli jinkludu MOD 70 Mana ta’ Riccardo Pavoncelli, li ser jkun misjuq minn Paul Larsen. Fil-flotta monohull il-jott Bullitt ta’ 28.3 metru ta’ Andrea Recordati, ser jgħamel debutt fit-tellieqa. Dan il-jott jidher li ser jkun l-ewwel Wally Yacht li qatt ipparteċipat.

Jottijiet li ser jkunu qedin jissieltu għall-unuri fil-kategorija IRC jinkludu l-jott Malti Elusive 2, li rebaħ it-tellieqa darbtejn, il-jott Tonnerre de Glen ta’ Dominique Tian minn Franza, rebbieħ tal-klassi tieghu kemm fir-Rolex Middle Sea Race u Rolex Fastnet Races; Lisa R ta’ Giovanni di Vincenzo, mill-Italja, Teasing Machine tal-Franċiż Erik de Turckheim u it-trio Brittaniku mgħamul minn Ino XXX ta’ James Neville, Dawn Treader ta’ Ed Bell u, l-jott ta’Mark Emerson Phosphorous II.
Mill-ewwel tellieqa fl-1968, jottijiet Maltin rebħu f’disa’ okkażjonijiet, l-aħħar fl-2020 u fl-2021, meta l-aħwa Podesta kisbu rebħiet dahar ma’ dahar b’Elusive II. Il-jottijiet lokali ta’ din is-sena jidhru li huma b’saħħthom bħal qatt qabel.
Il-parteċipazzjoni tal-familja Podesta fir-Rolex Middle Sea Race kienet diġà leġġendarja, bil-mibki Arthur Podesta jikkompeti f’35 tiġrija u jgħaddi l-entużjażmu tiegħu lil uliedu, li issa kollha temmew aktar minn 20 tiġrija huma stess. Il-preparazzjoni ta’ din is-sena se tkun komprensiva daqs qatt qabel, iżda se tkun kontra sitwazzjoni domestika ta’ sfida, kif spjegat Maya Podesta. Hija qalet li l-preparazzjoni din is-sena ma’ kienetx faċli minħabba li hi kella tarbija f’Lulju filwaqt li ħuha sar missier ukoll f’Marzu. Fortunatament, l-ekwipaġġ ewlieni abbord ma nbidilx ħafna mill-2016, u għalkemm hemm żewġ uċuħ ġodda din is-sena, l-aħwa Podesta wrew il-kapaċità tagħhom li jintegraw b’suċċess membri ġodda.
Lee Satariano huwa skipper Malti ieħor rebbieħ tat-tellieqa b’rebħiet fl-2011 u fl-2014 fuq l-Artie, il-jott J/122 preċedenti tiegħu. Is-sena l-oħra, f’kumpanija mal-ko-kaptan tiegħu Christian Ripard, Satariano kien it-tieni fl-IRC 3. Huwa qal li din se tkun il-15-il tellieqa tiegħu u kkonferma wkoll li l-maġġoranza tal-ekwipaġġ huwa l-istess bħas-sena l-oħra. Huwa qal li kull sena jistenna bil-ħerqa l-preparazzjoni għal dawn it-tlielaq.
Jonathan Gambin li jtelleq bil-jott Ton Ton Laferla u ekwipaġġ magħmul minn impjegati tan-negozju ħbieb u familja tiegħu, se jkun qed itellaq fis-16-il tellieqa tiegħu. L-aħjar riżultat ta’ Gambin s’issa kien it-tielet post fil-klassifika ġenerali fl-2020, u l-entużjażmu tiegħu jidher li qatt ma jonqos. Gambin f’kummenti li ta qal li jgħoġbu l-fatt li din it-tellieqa tkun dejjem differenti u jkun qed iħares ‘il quddiem għax wara sajf ta’ xogħol iebes ikun mument ta’ divertiment u jeħodha bħalha ‘vaganza’.
Maltese Falcon II għandu assoċjazzjoni twila mat-tellieqa u bħalissa l-jott jinsab fil-pussess ta’ Jonathan Camilleri Bowman. Huwa qal li fir-Rolex Middles Sea Race b’kollox ipparteċipa ħames darbiet, bl-aħħar erba’ jkunu mal-Maltese Falcon II. Bowman spjega li l-ekwipaġġ tiegħu jikkonsisti minn żewġ nisa u tmien irġiel u li l-ewwel snin kienu ta’ tgħalim biex jinkiseb bilanċ bejn il-ħila, attitudni u kapaċità fiżika.
L-2022 se tkun l-ewwel sena li Vivace ser tikkompeti b’ekwipaġġ sħiħ. Is-sidien tal-jott, Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele, ħadu sehem fl-aħħar tlielaq double handed.
It-tim Otra Vez, immexxi minn Aaron Gatt Floridia, kiseb numru ta’ riżultati sodi fil-passat, iżda tħabtu biex isib il-forma tiegħu bl-aħħar dgħajsa tiegħu l-ICE 52. Aaron Gatt Florida qal li l-aqwa riżultat personali miksub kien it-tielet post fl-2011 filwaqt li l-agħar riżultati kienu fl-aħħar żewġ edizzjonijiet li sfortunatament ma’ spiċċax it-tellieqa minħabba ħsara. L-ekwipaġġ fuq Otra Vez huwa taħlita ta’ ħbieb li ilhom jetllqu ma’ Floridia għal ħafna snin, u xi żidiet ġodda fosthom xi baħrin żgħażagħ Daniżi li tellqu fir-Rolex Giraglia 2022 u l-151 Miglia. Hija taħlita tajba ħafna ta’ esperjenza u żgħażagħ skont Floridia.
Jottijiet oħra Maltin li wieħed għandu joqgħod attent għalihom huma l-J/99 Calypso skippered minn Sebastian Ripard u is-Sun Odyssey 45, Janissah ta’ Mario Debono.
