L-eks numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic se jitlef l-Open tal-Istati Uniti hekk kif huwa baqa jirrifjuta li jkun vaċċinat kontra l-Covid-19 u meta l-liġi fl-Istati Uniti għada titlob li biex titħol u toħroġ mill-pajjiż trid turi ċ-ċertifikat tal-vaċċin. Djokovic kien qal li kien lest li jitlef kull Grand Slam li tirrikjedi li plejer ikun ivvaċinat u filfatt diġa ma ħax sehem fl-Open tal-Awstralja minħabba din ir-raġuni.
F’messaġġ fuq Twitter is-Serb ta’ 35 sena ikkonferma li mhux se jkun qed jivjaġġa lejn New York għal wieħed mill-akbar avvenimenti tat-Tennis u awgura lil plejers li se jieħdu sehem. Huwa wiegħed li se jibqa fl-aħjar forma possibli biex meta tiġiħ opportunità, jieħu sehem f’kompetizzjonijiet oħra.
//= $special ?>